Mil-Lum Jibdew Jintwerew Tliet Sigħat Ta’ Mumenti Bla Editing Fil-Villa Ta’ Love Island Malta

Villa

Ilbieraħ filgħaxija beda uffiċjalment ir-raba’ staġun ta’ Love Island Malta, bl-ewwel episodju fejn sirna nafu lill-kontestanti l-ġodda u kif ġew iffurmati l-ewwel koppji tal-istaġun.

Bħas-soltu, il-parteċipanti kellhom jagħmlu l-ewwel impressjoni tagħhom hekk kif daħlu fil-villa, iżda s-serata spiċċat bl-ewwel sorpriża.

Ftit wara li ġew iffurmati l-koppji, wasal l-ewwel bombshell tal-istaġun — mument li minnufih beda jqajjem tensjoni u kurżità fost il-kontestanti u t-telespettaturi. Giuseppe, Taljan, għażel date ma’ Melina.

Intant, it-telespettaturi tal-programm se jkollhom ukoll aktar kontenut x’isegwu mil-lum. Tħabbar ir-ritorn ta’ Love Island Unedited Moments, fejn ħa jibda jixxandar illum stess, bi tliet sigħat ta’ mumenti bla editing direttament mill-villa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-18:00 fuq GO Tokis.

Dan il-format se jagħti lit-telespettaturi ħarsa aktar reali ta’ dak kollu li jiġri bejn il-kontestanti waqt li l-kameras jibqgħu għaddejjin.







Ritratti:

tvmi / Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI