Hekk kif ninsabu biss jumejn ‘il bogħod mill-bidu tar-raba’ staġun ta’ Love Island Malta, it-tim tal-produzzjoni xtaq jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Hi xi ħaġa kompletament normali li nikkummentaw jew nirreaġixxu għal xi ħaġa li tintqal jew li ssir fil-villa waqt produzzjoni bħal Love Island Malta, u ma jistax ikun li taqbel ma’ kulħadd. Madanakollu, biex tesprimi opinjoni m’hemmx bżonn tkun iebes u dispreġġattiv.
It-tim jikteb, “Nieħdu gost bid-drama, bit-twist, bil-fjamma, iżda kunu ġentili. L-islanders huma nies bħalna mhux isem biss… ftakru biex tkunu ġentili.”
Huma jappellaw biex dak li jkun qabel jikkummenta, kif hu liberu li jagħmel, jaħseb darbtejn il-kliem li juża.
Facebook/ Love Island Malta