“Mil-Lum, Ngħodd Mal-Anzjani… Sittin, Ħelwin Ħelwin” – Augusto Cardinali Jiċċelebra Għeluq Is-60 Sena

Augusto Cardinali qed jiċċelebra għeluq is-60 sena tiegħu u għażel li jimmarka din l-okkażjoni speċjali b’messaġġ mimli gratitudni u riflessjoni. Fuq il-midja soċjali, Cardinali kiteb, “Mil-lum, ngħodd mal-anzjani.... sittin, ħelwin ħelwin. Grazzi Mulej li sliftni sena oħra. Jalla nuża s-snin li ġejjin sabiex minnhom inkattar il-ġid u l-ferħ. Grazzi.... Happy Birthday nannu Gust!”

Il-kliem tiegħu juri apprezzament għall-ħajja u għall-esperjenzi li għex matul dawn is-sitt deċennji, filwaqt li esprima x-xewqa li jkompli juża s-snin li ġejjin biex ixerred aktar ġid u ferħ fost dawk ta’ madwaru. Bosta persuni ma damux ma bagħtulu l-awguri tagħhom, filwaqt li ngħaqdu miegħu biex jiċċelebraw dan il-mument importanti f’ħajtu.

Minn naħa tagħna, nawguraw lil Augusto Cardinali għeluq sninu t-tajjeb u aktar snin mimlijin saħħa, kuntentizza u suċċessi.

Ritratti:

Geoffrey Photography – Facebook / Augusto Cardinali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI