“Mill-Irwoli Kollha, Li Nkun Żewġek U Missier Huma L-Favoriti Tiegħi.” – DAN Fl-Anniversarju Tiegħu U Ta’ Martu

Il-kantant lokali Dan u martu Vanessa llum jiċċelebraw seba’ snin ta’ mħabba u ħbiberija minn meta għamlu l-wegħda tagħhom taż-żwieġ.

B’messaġġ mimli sentiment fuq il-mezzi soċjali, Dan qasam ritratt ta’ mument speċjali mill-jum tat-tieġ tagħhom u kiteb, “Mill-irwoli kollha, li nkun żewġek u missier huma l-favoriti tiegħi. L-anniversarju t-tajjeb, Vanessa.”





Il-koppja, li huma wkoll il-ġenituri ta’ Valentino, iben ċkejken li kompla żied imħabba u ferħ fil-ħajja tagħhom. Il-koppja rċevew awguri u kummenti sbieħ minn segwaċi u ħbieb fuq il-midja soċjali.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom aktar snin ta’ mħabba, għożża u memorji mill-isbaħ flimkien u ma’ binhom Valentino.



Facebook / Daniel Muscat Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI