Il-Lapes, rapper magħruf hawn Malta li dejjem iqabbel bil-Malti, fil-25 t’Ottubru li għadda ta prestazzjoni fuq Malta’s Got Talent li qajmet kull m’hemm flimkien ma’ sħabu.
Dakinhare il-Lapes tkellem fuq l-imħabba li għandu għal-lingwa Maltija u jgħid li meta kien żgħir ma tantx kien imur tajjeb l-iskola, iżda fil-komponimenti kien jiġbor ħafna punti. Il-Lapes dejjem kien dilettant tal-kitba.
Nhar il-Ħadd li ġej jidher li qed jipprepara xi ħaġa fenomenali! Prestazzjoni li għal darb’oħra ħa tħalli marka dik il-lejla. Fil-fatt mhux se jkun waħdu u għal darb’oħra ħa jkollu lit-talent Malti jispikka fuq il-palk.
Il-kantanta magħrufa wkoll, li rebħet L-Għanja Tal-Poplu fl-2016 bil-kanzunetta Il-Biża’ U Jien, ser tkun qed tingħaqad mal-Lapes fuq il-palk ta’ Malta’s Got Talent. Din mhi ħadd ħlief Nadine Fenech, li tiġi wkoll oħt il-preżentatriċi Stephanie Chircop.
La meta rebħet l-Għanja Tal-Poplu u lanqas nhar il-Ħadd li ġej, mhi ser tkun l-ewwel darba li Nadine se tesponi t-talent grandjuż tagħha. Hi kienet anke waħda mill-parteċipanti tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta sentejn ilu.
Dakinhar ukoll kienet qajmet il-kamra tal-auditions tant li waħda mill-ġurija, Ira Losco, qamet tiċċaqlaq u tiżfen magħha!
Aħna ninsabu ħerqana mmens biex naraw lil dawn iż-żewġ talenti enormi jinagħqdu flimkien u jagħtu prestazzjoni memorabbli nhar il-Ħadd li ġej. #EJJEWMINNHEMM Lapes u Nadine!