Minħabba Covid-19 Bdiet Tibża' Tmur Għand Tabib U Issa Sabet Li Għandha Kanċer

Il-mard xorta baqa’ hemm u jekk tħoss xi sintomi għandek mill-ewwel tinforma lit-tabib tiegħek. Paige Heeland li għandha biss 19-il sena, bdiet tiddejjaq tmur għand tabib minħabba l-Covid-19. Issa li marret sabu li għandha kanċer fi stadju 4. 





Din iż-żagħżugħa li taħdem mat-tfal bħalissa qed tagħmel it-terapija ta’ 6 xhur wara li nstab dan il-kanċer. Li kieku marret qabel, l-affarijiet ma kinux jigravaw bħal ma qegħdin issa. F’Marzu Paige rat qisu nefħa f’għonqa daqs ta’ 10p.

“Bil-Coronavirus, ma rridx immur għand it-tabib, imma meta għamilt appuntament skoprejt li għandi kanċer. Nappella lil kulħadd biex imur għand it-tabib malajr kemm jista’ jkun jekk jinnota xi ħaġa differenti f’ġismu, anke jekk mintiex tinkwieta fuqu, aħjar isserraħ rasek!” tgħid iż-żagħżugħa. 



Aqbad it-telefown u agħmel kuraġġ! 

Caters News Agency

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI