Iċ-ċkejkna Gwen tistqarr li hi dejjem tfittex li tagħmel il-ġid lil dawk ta’ madwarha anke lil dawk li jagħmlulha l-ħsara.
“Jekk xi ħadd jagħmillek xi ħaġa ħażina billi tagħmillu xi ħaġa ħażina lura tiggrava s-sitwazzjoni tista’,” tisħaq iċ-ċkejkna Gwen li hi magħrufa ferm għat-tisjir tagħha iżda wkoll għall-personalità pożittiva tagħha.
Gwen tammetti li dan mhux dejjem faċli. Bosta kienu dawk li faħħru l-attitudni pożittiva taċ-ċkejkna Gwen minkejja l-età tenera tagħha.
Prosit, Gwen!
Ritratti: Facebook / Maria La Barokka Muscat