Kyle Agius, iben Anthony Agius, wieħed mill-vittmi li tilef ħajtu wara li ġew sparati tiri fuqu kiteb, “Min jixtieq jattendi għall-funeral tal-għażiż missieri ser isir nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu fid-9:00 fil-Bażilika ta’ San Pawl ir-Rabat.”
Anthony flimkien ma’ Dennis Mifsud ġew maqtula fi qtil doppju li sar fil-Baħrija. Qtil li ħasad lill-pajjiż. Iċ-ċelebrazzjoni ta’ dawn iż-żewġ ħajjiet se tkun iċċelebrata separament. Bil-funeral ta’ Dennis se jsir għada fis-Siġġiewi u ta’ Anthony s-Sibt fir-Rabat.
Mill-ġdid ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, qraba, kollegi u ħbieb. Żgur li mhux żmien faċli għalihom, anke minħabba n-natura ta’ kif ġraw l-affarijiet. Nittamaw li jsibu s-sabar li tant għandhom bżonn f’dan iż-żmien.
Facebook / Kyle Agius