Waħda mil-logħob li ppartecipaw fihom f’Serataron it-tliet mistiedna, Fabrizio Faniello, Caroline Paris u Emmy Bezzina, kienet il-logħba ‘Aqtgħali Ħi!’ fejn kellhom jaqtgħu min hu l-mistieden misterjuż li ġie mlibbes kostum ta’ sinna biex ma jingħarafx.
Il-parteċipanti bdew isaqsuh xi mistoqsijiet biex ikollhom ħjiel ta’ min jista’ jkun dan il-persuna u biex jieħdu idea iktar ċara dwar min kien dan kanta biċċa mid-diska ‘New York, New York’ ta’ Frank Sinatra.
Il-parteċipanti rnexxielhom jaqtgħu min kien il-mistieden u dan ma kien ħadd ħlief l-ikona tat-teleshopping f’Malta, Mario Morales, fejn dan baqa’ fil-programm u anke ħa sehem f’xi logħob oħra.