“Min Ma Jirrispettax Lis-Soċjetà Maltija Nkunu Iebsin Miegħu” – Il-Ministru Byron Camilleri

Il-Ministru Byron Camilleri ħabbar li persuna li kienet tkeċċiet minn Malta wara li nstabet ħatja ta’ vjolenza domestika riċentament ippruvat terġa’ tidħol fil-pajjiż, iżda ġiet arrestata mill-Pulizija mal-wasla tagħha.

F’messaġġ maqsum fuq il-midja soċjali, Camilleri sostna li l-awtoritajiet se jibqgħu jieħdu pożizzjoni soda kontra dawk li ma jirrispettawx il-liġijiet u s-soċjetà Maltija. “Il-messaġġ tagħna ċar – min ma jirrispettax is-soċjetà Maltija nkunu iebsin miegħu, filwaqt li ngħinu lil min hu veru fil-bżonn,” kiteb il-Ministru.



Huwa tenna li l-Gvern se jkompli jaħdem biex isaħħaħ is-sigurtà u l-infurzar tal-liġi, partikolarment f’każijiet relatati ma’ reati serji bħall-vjolenza domestika.



Il-każ wassal ukoll għal diversi reazzjonijiet fuq il-midja soċjali, b’ħafna jappoġġjaw il-pożizzjoni iebsa kontra persuni li jkunu nstabu ħatja ta’ reati serji u li jippruvaw jerġgħu jidħlu fil-pajjiż.



Ritratti:

Facebook / Byron Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI