Fuq il-programm telviżiv Illum Ma’ Steph fuq TVM ġie żvelat min se jkun il-moħħ wara l-ilbies tal-preżentaturi ta’ Mużika Mużika. Dan huwa Festival tal-Kanzunetta Maltija li ħa jixxandar fuq tliet serati fit-18, 19 u 20 ta’ Marzu bi spettaklu live fuq TVM fid-21:00.
Id-disinjatur u stilista tal-ħwejjeġ magħżul huwa Drew mill-kumpanija Drew & Crew, li se jkun qed ilibbes lil Keith Demicoli, Claire Agius Ordway, Lara Azzopardi u Sarah-Lee Zammit.
Fuq il-programm, ġie żvelat ukoll li Keith se jippreżenta tliet serati. Fl-ewwel xow se jkun hemm Claire tippreżenta miegħu, fit-tieni xow se jkun hemm Lara, u fil-lejl finali se jkun hemm l-erba’ preżentaturi f’daqqa.
Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar Mużika Mużika, agħfas HAWNHEKK. Aħna ħerqanin biex naraw kif se jiżvolġi dan il-festival!