Il-ħdura u l-bini f’Malta u f’Għawdex hu żgur suġġett li ħafna u ħafna kemm-il darba jiddiskutu. Ir-raġuni hija waħda, l-iżvilupp taf qed iġib rigress. Forsi għandna bżonn nitgħallmu kif navvanzaw ‘il quddiem bla ma neqridu dak li hu tagħna.
Alex Borg, Mr World Malta jikkummenta dwar dan. Hu jibda, “Għawdex djamant. Jien, Alex Borg, Għawdxi bħalkom, u bħalkom jiddispjaċini xħin nara l-isfruttament tal-gżira djamant tagħna. Ejjew flimkien insibu soluzzjoni u ma nibqgħux nitilfu ħafna aktar milli diġa’ tlifna bl-iżvilupp ta’ bini bl-addoċċ u bla rispett lejn uliedna.”
Hu jkompli jgħid, “Jekk nitilfu li baqalna f’din il-gżira, min ser jitħajjar jiġi hawnhekk biex jara bini tal-konkos? Nappella lill-Gvern u lill-Awtoritajiet biex ma jibqgħux jgħaddu minn fuqna l-Għawdxin b’romblu. Ejja lkoll nimxu lejn żvilupp sostenibbli!”
Facebook / Alex Borg