Il-Ħaddiema Kollha Issa Se Jkunu Intitolati Għal ‘Sick Leave’ Mill-Ewwel Jum Tal-Impjieg

sick leave

Il-gvern għadu kif ħabbar li s-sick leave se jibda japplika mill-ewwel jum tal-impjieg fis-setturi kollha.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul kien qed jindirizza Times of Malta Breakfast Brunch bit-titlu Drittijiet Indaqs, Postijiet tax-Xogħol Aħjar.

Il-bidla se ssir permezz ta’ avviż legali li se jaġġorna diversi ordnijiet ta’ regolamentazzjoni tal-pagi fil-jiem li ġejjin.

Ellul spjega li f’xi setturi, inkluż il-kostruzzjoni, l-impjegati qabel setgħu jaċċessaw is-sick leave biss wara sena biss fl-irwol tagħhom.

Taħt il-miżuri l-ġodda, il-ħaddiema se jkunu intitolati għal-sick leave immedjatament malli jibdew xogħol.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI