Minn DJ Għal Fuq Il-Catwalk Milli Jidher Hekk Kif Denzel Jo Armani Jingħaqad Ma’ Malta Models

Minn wara d-DJ table għal-lenti tal-kamera, Malta Models laqgħet uffiċjalment lil Denzel Jo Armani fit-tim tagħha, żagħżugħ ta’ 19-il sena mir-Rabat li kif ħafna jafu diġà qed jagħmel isem għalih fix-xena tal-mużika.

Denzel, li bħalissa qed jibbilanċja l-istudji tiegħu ma’ karriera ta’ DJ, għandu viżjoni ċara: li xi darba jsir wieħed mill-akbar club DJs fid-dinja. Għalih, il-mużika mhix biss passatemp, hija l-enerġija tiegħu, il-passjoni tiegħu u l-aktar forma qawwija ta’ espressjoni personali.



Imma issa, apparti din il-ħajja Denzel qed jidħol ukoll fid-dinja tal-immudellar. Pass naturali għal persuna qrib il-kultura tan-nightlife u ma’ proġetti kreattivi differenti. B’karattru determinat u preżenza b’saħħitha, jidher li għandu dak kollu li hemm bżonn biex jagħmel suċċess ukoll quddiem il-kamera.



Denzel jemmen bis-sħiħ li l-ambizzjoni trid dejjem tkun sostnuta bl-azzjoni u bid-dixxiplina. Il-motto tiegħu, “xej ma jiġi b’xejn”, jirrifletti l-mentalità tiegħu, li xejn ma jingħata b’xejn u kollox irid jinkiseb b’ħidma u dedikazzjoni.

B’din il-mentalità u bl-appoġġ ta’ Malta Models warajh, jidher li Denzel Jo Armani qed jibni futur fejn il-mużika u l-moda jistgħu jimxu id f’id. Żagħżugħ li mhux biss joħlom kbir imma qed jaħdem kuljum biex jagħmel dan il-ħolm realtà.



Ritratti:

Facebook / Denzel Jo Armani

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI