Ftit tal-jiem ilu l-ġurnalista Norma Saliba nħatret bħala l-kap ġdid tal-aħbarijiet mill-PBS, – pass ’il quddiem li kellha mill-impenji tagħha bħala Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fl-Uffiċċju tal-President.
“Kien ta’ unur kbir għalija li naħdem mal-ET il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella u nirringrazzjahom tal-fiduċja li wrew fija. Nirringrazzja wkoll lill-familja Vella tas-sapport, is-Segretarjat u kull min b’xi mod jew ieħor kien involut fl-attivitajiet, il-laqgħat u ż-żjarat li saru matul dan iż-żmien,” kitbet Norma fuq il-midja soċjali.
“Grazzi lil kull min awgurali f’dawn il-jiem għax-xogħol ġdid hekk kif minn għada nirritorna PBS għall-pass li jmiss fil-karriera ġurnalistika tiegħi.”
Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Norma aktar suċċessi.
Facebook/Norma M Saliba