“Minn Meta Kont Żgħir Kont Inqum Fis-Siegħa Ta’ Filgħodu… Inbigħu L-Ħut Il-Pjazza Ta’ Raħal Ġdid” – Ninu

Ninu

Ninu tkellem ma’ The People of Malta dwar il-ħajja ta’ tfulitu, fosthom meta kien joħroġ kmieni filgħodu biex flimkien ma’ missieru jbigħu l-ħut fil-pjazza.

“Minn meta kont zgħir kont inqum fis-1am biex immur ma’ missieri biex ngħinu. Konna mmorru l-pixkerija u wara mmorru nbigħu l-ħut il-pjazza ta’ Raħal Ġdid. Wara għamilt snin narma bil-laħam.”

Ninu jgħid, “Jien ma tantx norqod, mill-10 sas 1am, u hekk bqajt. Kull siegħa nqum. Issa niġi ngħaddi l-ħin hawn. Id-dinja tinbidel, hawn f’din it-triq xi 50 sena ilu ma kontx tara karozza waħda, ħlief vann tal-molla waħda u bhejjem.”

Dwqar illum il-ġurnata Ninu jħodd li, “Issa ġenn kbir hawn, kullimkien. Il-ħajja saret mgħaġġla! Il-politikanti għalija jistgħu ma jeżistux. Jgħidu li jridu, minn waħda jidħol u minn waħda joħroġ.”

Qasmu anke ritratt ta’ Ninu fil-ħanut tiegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI