Mireille McKay u Thea Aquilina Se Jkunu Qed Itajru L-Bandiera Maltija Fil-Festival Prestiġjuż Tas-Slavyanski Fil-Belarussja

Il-kantanta rebbieħa ta’ Brillanti Mireille McKay se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fis-Slavyanski fis-sezzjoni tat-tfal u adoloxxenti, filwaqt li r-rebbieħa ta’ KantaMagħna Thea Aquilina se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fl-istess festival fis-sezzjoni tal-adulti.





Is-Slaviansky Bazaar huwa wieħed mill-akbar festivals fil-Lvant u jattira kantanti popolari f’dak ir-reġjun. Il-kompetizzjoni tkun waħda ħarxa iżda l-esperjenza li jiggwadanjaw il-kantanti lokali hija waħda kbira. Barra miċ-ċans li jkantaw ma’ orkestra, huma wkoll ikollhom ikantaw b’lingwa Slavika, sfida li mhux faċli iżda ċerti li l-kantanti Maltin se jkunu qed jagħmlu l-aħjar possibbli.



Mireille waslet fil-pajjiż madwar jumejn ilu, filwaqt li Thea waslet fil-Belarussja lbieraħ. L-ewwel tibda l-kompetizzjoni tat-tfal u l-adoloxxenti, filwaqt li fil-ġranet ta’ wara tibda l-kompetizzjoni tal-adulti. Din is-sena dan il-festival qed jilqa’ parteċipanti minn 71 pajjiż differenti. 

Din il-parteċipazzjoni hija possibbli grazzi għal Evelina Batey, li ħadet ħsieb li ttella’ lill-kantanti Maltin f’din il-kompetizzjoni. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Mireille u lil Thea l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollhom prestazzjonijiet mill-aqwa, sabiex jiksbu riżultati b’saħħithom. Awguri mill-qalb!

https://www.belarus.by/

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI