Il-paġna uffiċjali tal-Forza tal-Pulizija Ta’ Malta ħabbret li ġiet irrappurtata nieqsa tfajla ta’ 15 -il sena.
Huma kitbu, “Mireshia Tanti, tfajla ta’ 15-il sena, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Hija dehret l-aħħar is-Siġġiewi u tiffrekwenta l-inħawi tal-Belt Valletta u Bormla. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”
Jekk għandkom xi informazzjoni dwar din it-tfajla, inħeġġukom tgħadduha lill-pulizija biex Mireshia terġa’ tingħaqad mal-familja tagħha. Nirringrazzjaw lill-pulizija u kull min qed jagħmel ħiltu biex tinstab din it-tfajla. Inżommuha fit-talb tagħna.
Facebook / The Malta Police Force