Bħala parti mill-Iljieli Melleħin ta’ din is-sena li ħa jiġu iċċelebrati bejn is-26 u t-28 ta’ Lulju, ħa jittella’ l-musical Naħal Tal-Imħabba, musical oriġinali miktub minn Philip Vella u Paul B. Borg. Il-musical ħa jkun qed jittella’ fl-ewwel lejl u wieħed ikun jista’ jesperjenza karatteristiċi uniċi li l-lokalità tal-Mellieħa biss tista’ toffri.
Dan il-musical ħa jsir f’Misraħ Il-Parroċċa u għandu arranġamenti mużikali ta’ Sean Vella, b’direzzjoni ta’ Giovann Attard. Jieħdu sehem fost oħrajn Dario Bezzina, Miriam Christine Borg, Annabelle Vella, Mary Ann Muscat, Gaetano Sultana, Anna Camilleri, Alexia Farrugia, Thea Gauci, Mireille Borg, Samantha Magro, Maria Cini u Artemocion Dance & Leisure Studio. Filmati tas-Sur Jamie Vella. Kulħadd mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

Ritratt: Facebook / Miriam Christine
Is-Sibt 27 ta’ Lulju wieħed jista’ jgawdi minn parata spettakolari bit-tema Il-Karnival bis-sehem ta’ għaxar kumpanji taż-żfin u l-parteċipazzjoni ta’ Big Friends Guggen Musik Band filwaqt li f’Misraħ il-Parroċċa ser titella’ wirja mill-Jokers Malta Club u jsegwi bbq organizzat mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina.

Ritratt: Facebook / Mellieħa Local Council
Dan kollu waqt spettaklu mill-aqwa offrut minn Mark Anthony Bartolo u kunċert mill-band ta’ Paul Abela bis-sehem ta’ Jasmine, Roger Tirazona, Nadine Axisa u Lawrence Gray. Eżatt wara kunċert minn Freddie Portelli. Barra minn hekk ħa jkun hemm aktar attivitajiet għaddejin madwar il-Mellieħa, inkluż mużika tradizzjonali Benny u Tonya.

Ritratt: Facebook / Mellieħa Local Council
Il-Ħadd isegwi b’aktar attivitajiet fosthom f’Misraħ il-Parroċċa wirja ta’ karozzi vintage, wirja ta’ talenti minn Artemocion u wara l-kantanti lokali Thea Gauci ma’ Steve Galea, kunċert mużikali mill-grupp żagħżugħ Lighthouse Band, il-kantanta lokali Emma Cutajar u kunċert spettakolari Rock Meets Pop minn Spiteri Lucas Band bil-parteċipazzjoni tal-kantanti Laura Bruno, Mark Tonna, Ludvig Galea u Chiara akkumpanjati minn Dancel Team Dancers.

Ritratt: Facebook / Mellieħa Local Council
Dawn it-tliet ijiem jagħlqu bil-kbir b’wirja mużiko-piroteknika mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Mellieħa li għandha tinżel għasel kemm man-nies tal-lokal, kemm minn dawk kollha li ħa jżuru il-Mellieħa, kif ukoll it-turisti li dejjem jitpaxxew bi spettakli bħal dawn.
Facebook / Mellieħa Local Council