"Mis-Snin Kollha Li Tgerbu Minn Fuqna Mingħajr Qas Biss Intbaħna, Din Żgur Hi L-Aktar Waħda Importanti" – Corazon Mizzi Lill-Maħbub Tagħha Neville

Ninsabu jumejn biss minn jum il-maħbubin u dan il-jum żgur li jfakkar ftit lill-maħbubin sabiex jiftakru f’xulxin ftit aktar. Ma għandux għalfejn jiġi jum San Valentinu biex wieħed jagħmel dan iżda ċertament li bil-messaġġi li nibdew naraw kullimkien, wieħed faċli aktar biex jiftakar jaħseb f’min hu aktar speċjali għalih.

Il-kantawtriċi Corazon, dalgħodu ħalliet messaġġ mill-isbaħ lil Neville. Hi kitbitlu, “Mis-snin kollha li tgerbu minn fuqna mingħajr qas biss intbaħna, din żgur hi l-aktar waħda importanti. Kull filgħodu meta tqajjimni b’subgħajk ġentili f’xagħri niftakar li, minkejja l-ġranet niġri wara dal-moħħ bla xeba’ u l-ambizzjonijiet sfrenati tiegħi, hawn fil-fosdqa tagħna ma jonqos xejn għax inti ġa tajtni kollox. Inħobbok Valentinu tiegħi.”

Aħna nawguraw lil Corazon u lil Neville l-isbaħ xewqat għal dan il-jum, bħal ma nawguraw lill-qarrejja kollha tagħna.





Facebook / Corazon Mizzi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI