Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-attur, xandar u preżentatur Joe Gabriel Vella qasam aħbar tal-qsim il-qalb hekk kif ħabbar li l-għażiż missieru ħalla din id-dinja ftit tal-ħin ilu. Lil Vella nafuh mid-dinja tal-ispettaklu, fejn fost l-oħrajn kien parti mill-ġurija tal-Għanja tal-Poplu s-sena li għaddiet.
Hu qal, “Missieri Spiru mar fid-dar tal-Ħallieq u ħdejn Maria Annunzjata llum fl-10.34. Dettalji tal- funeral jitħabbru aktar tard.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha f’dan iż-żminijiet tant diffiċli. Jistrieh fis-sliem.
Facebook/Joe Gabriel Vella