Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force talbu għall-għajnuna tal-publiku rigward informazzjoni li jista’ jkollhom dwar Mohamed Jalil li bħalissa qed jiġi mfittex mill-pulizija.
Bdew billi qalu, “Mohamed Jalil qed jiġi mfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 18/2025.”
Xerred dan l-artiklu fuq il-paġna tiegħek forsi nkunu ta’ għajnuna!
Facebook/The Malta Police Force