Żewġ ismijiet stabbiliti fix-xena mużikali Maltija jingħaqdu f'kollaborazzjoni mill-aqwa hekk kif il-produttur u DJ magħruf Toby Farrugia u l-kantant Ozzy Lino ingħaqdu flimkien f'kanzunetta ġdida bl-isem ta' More Than Ok. Din il-kollaborazzjoni tiġbor fiha l-istil distintiv ta’ produzzjoni elettronika u moderna ta’ Toby flimkien mal-leħen versatili li bih tant hu maħbub Ozzy Lino.
Il-proġett kien ilu jinħema b’attenzjoni kbira, fejn iż-żewġ artisti ddeċidew li joħolqu xi ħaġa li mhux biss tinstema' sew fuq l-istazzjonijiet tar-radju, iżda twassal ukoll sensazzjoni u messaġġ pożittiv li jolqot lill-widna tas-semmiegħa. More Than Ok tispikka bil-melodiji attraenti tagħha, l-arranġament modern u l-enerġija vibranti li toħroġ mit-taħlita bejn il-ħiliet tal-produzzjoni u l-interpretazzjoni vokali.
Il-kanzunetta, li mistennija toħroġ fil-21 ta' Settembru taħt il-kumpanija Dancewood Records diġà bdiet tiġbed l-interess u reazzjonijiet ta' bosta dilettanti tal-mużika lokali u internazzjonali. B'din il-ħarġa, Toby u Ozzy Lino qed juru għal darb'oħra l-livell għoli u l-versatilità tat-talent Malti, filwaqt li jwiegħdu li dan il-proġett se jkun wieħed mill-aktar binarji popolari fil-playlists tax-xhur li ġejjin.
Proset u Awguri!
Facebook/Toby Farrugia