Il-paġna uffiċjali Paola Local Council sellmet il-memorja ta’ persuna maħbuba immens minn dawk kollha li saru jafuha mill-viċin – Ms Josephine Frendo.
Kap tal-iskola li anke ġiet mogħtija Ġieħ Paola, u anke tat kontribut kbir fl-Azzjoni Kattolika tax-Xebbiet.
“Il-Kunsill Lokali Paola jsellem il-memorja ta’ Ms Josephine Frendo, li ġiet onorata b’Ġieħ Paola fid-19 ta’ Lulju 2025. Ms Frendo tibqa’ magħrufa bħala mara li qatt ma fittxet daqq ta’ trombi; kienet mara ta’ servizz.”
Il-paġna tal-kunsill tkompli tikteb, “Kellha qalb kbira, mimlija mħabba u umiltà lejn il-komunità li tant ħabbitha u se tibqa’ tgħożżha fil-memorji tagħha.”
Aħna ningħaqdu mal-kunsill lokali ta’ Raħal Ġdid biex noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ‘l-ħbieb tagħha. Tistrieħ fis-sliem.