Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret multa ta’ €200 miljun għal Temu wara li nstab li kisret ir-regoli tad-Digital Services Act.
Skont il-Kummissjoni Ewropea, Temu naqset milli tidentifika u tivvaluta b’mod adegwat ir-riskji relatati ma’ prodotti illegali li qed jinbiegħu fuq il-pjattaforma tagħha, bil-konsegwenza li konsumaturi fl-Unjoni Ewropea setgħu ġew esposti għal prodotti perikolużi jew mhux konformi mal-istandards tas-sigurtà.
L-investigazzjoni sabet li ħafna prodotti ttestjati, fosthom chargers u ġugarelli tat-trabi, fallew minn testijiet bażiċi tas-sigurtà jew kien fihom sustanzi perikolużi.
Il-Kummissjoni qalet ukoll li s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni u promozzjoni ta’ Temu setgħu żiedu t-tixrid ta’ prodotti illegali.
Facebook/ Temu