“Tfajla Li Serqitli Qalbi… Minkejja Li Melania M’Għandhiex Dawl… Għandha Barka Kbira Ta’ Talenti” – Maria La Barokka Tawgura Lil Melania

Maria La Barokka

F’messaġġ mimli ammirazzjoni, Maria La Barokka kitbet awgurju speċjali lil Melania fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, tfajla li, kif qalet hi stess, serqitilha qalbha.

Maria spjegat kif iltaqgħet ma’ Melania waqt il-programm Kuxjenza. Minkejja d-diffikultajiet li tgħix bihom, Maria enfasizzat li Melania għandha “barka kbira ta’ talenti” li bihom tferraħ u ssebbaħ kull post fejn tmur.

Fil-messaġġ tagħha, Maria tikteb, “Happy Birthday lil Melania…tfajla li serqitli qalbi meta ġiet tberikni f’ Kuxjenza. Minkejja li Melania m’għandhiex dawl…għandha mbagħad barka kbira ta’ talenti li ssebbaħ bihom kull fejn tmur.”

Tagħlaq il-messaġġ bix-xewqat sbieħ, “Awguri ċkejkna!” Qasmet anke ritratt flimkien magħha għall-okkażjoni.

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Melania!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI