Naf Min Reġa' Ħareġ Pożittiv Wara 14-il Jum! – Għaliex Mhux Qed Isir It-Test?

Segwaċi tagħna qasmet magħna l-esperjenza ta’ ħabiba tagħha u wriet preokkupazzjoni dwar il-fatt li mhux qed issir ittestjar wara li jgħaddu l-14-il ġurnata kwarantina.

Hi qaltilna li ħabiba tagħha u r-raġel tagħha kienu pożittivi u minħabba li r-raġel tal-ħabiba tagħha jaħdem man-nies, iddeċieda li jerġa’ jagħmel it-test tal-Covid-19. Dan sabiex jassigura u jserraħ moħħu li mhux ħa jkun ta’ riskju għan-nies li jiġi f’kuntatt magħhom.

Sfortunatament, it-test reġa’ ħareġ pożittiv. Hi staqsiet għaliex dan it-test waqaf li jsir. Fit-tim tal-jiem ilu, fuq it-televiżjoni intqal li t-test mhux qed isir minħabba li wara 14-il jum dak li jkun ma jkunx għadu infettiv u b’hekk ikun jista’ joħroġ mid-dar.

Hemm numru ta’ nies iżda li qed juru t-tħassib tagħhom dwar dan minħabba l-fatt li l-virus ikun għadu preżenti. Int taħseb li t-test għandu jerġa’ jsir wara 14-il jum?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI