“Nagħtukom Aġġornament Żgħir Dwar Chanel” – AAA

L-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati kitbet dwar kelba jisimha Chanel, li sfortunatament kellha xi ftit kumplikazzjonijiet ta’ saħħa.

Huma spjegaw, “Nagħtukom aġġornament żgħir dwar Chanel. Il-boċċa kerha li kellha tneħħiet, u waqt li kienet taħt il-loppju, il-vet għamlilha ftit x-rays għax din il-povra kelba, xi kultant ma timxix dritt. Sfortunatament, għandha każ sever ta’ osteophytes, qisu għadam żgħir li jikber fuq l-ispina.”

Żiedu jgħidu, “Hi mara li għandha ż-żmien, u l-passat tagħha, mimli kundizzjonijiet diffiċli u nuqqas ta’ attenzjoni, żgur ma kienx ta’ għajnuna. Aħna se nieħdu ħsiebek għażiża Chanel, u żgur se nagħmlu minn kollox biex is-snin tax-xjuħija tiegħek ikunu l-aħjar snin.”

Inżommuha fit-talb tagħna biex kemm jista’ jkun ma tbatix.





Facebook / Association for Abandoned Animals (AAA)



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI