Illum huwa proprju l-Jum Dinji tal-aħwa nisa. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Armed Forces of Malta fakkru dan il-jum billi qasmu ritratt ta’ 3 aħwa li jagħmlu parti mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Huma qalu, “Niċċelebraw ir-rabta speċjali tal-aħwa fil-Jum Dinji tal-aħwa nisa. Illum, nagħtu ġieħ lil tliet aħwa li mhux biss jaqsmu rabta familjari speċjali, iżda wkoll impenn li jaqdu lill-Gżejjer Maltin b’tant dedikazzjoni.”
Żiedu, “Il-vjaġġ ta’ dawn it-tliet aħwa huwa xhieda tas-saħħa, l-għaqda u l-appoġġ li ġġib magħha r-rabta bejn l-aħwa, kemm fi ħdan il-familja kif ukoll matul is-servizz tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta.”