“Nagħżel Li Niffoka Fuq it-Tkabbir U l-Imħabba Li Rċevejt” – Owen Leullen

Wara l-eliminazzjoni tiegħu fit-tielet ġimgħa ta’ X Factor Malta, Owen Leuellen kiser is-skiet u qasam l-ewwel kummenti tiegħu dwar l-esperjenza li għal darb’oħra ħaditu fuq il-palk ta’ waħda mill-akbar kompetizzjonijiet mużikali f’Malta.

F’messaġġ emozzjonanti, Owen stqarr li kienet “pjaċir kbir li nkun parti minn X Factor għal darb’oħra”. Minkejja li r-riżultat ma kienx dak li kien qed jimmira għalih, huwa ddeskriva l-esperjenza tal-wirjiet live bħala waħda li qatt mhu se jinsa.



L-eliminazzjoni tiegħu kienet waħda li ħasdet lil ħafna – inkluż lilu nnifsu. Huwa ammetta li kienet deċiżjoni iebsa u li mhux ħafna kienu qed jistennewha. Madankollu, għażel li jiffoka fuq it-tkabbir personali, il-memorji li ħoloq u l-imħabba li rċieva tul il-vjaġġ tiegħu fil-programm.



Owen spjega wkoll li ħa ftit jiem biex jipproċessa kollox, hekk kif din l-opportunità kienet tfisser ħafna għalih. Kull performance kienet tirrappreżenta sigħat twal ta’ xogħol u preparazzjoni, iżda minkejja kollox, qal li jinsab grat u kburi b’dak li ppreżenta fuq il-palk.

Huwa temm billi rringrazzja lil dawk kollha li emmnu fih u fil-viżjoni tiegħu, kif ukoll lil dawk li kienu parti mill-istil tiegħu tul il-programm – fosthom @superfstore għall-ilbies u @heirand.loom għall-aċċessorji – flimkien ma’ kull min offra s-sapport tiegħu.

Eliminazzjoni li tagħlaq kapitlu, iżda li għal Owen tidher li hija biss parti minn storja akbar li għadha qed tinkiteb.



Ritratti:

Facebook / Owen Leuellen

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI