“Napprezza L-Ikel, Għax Rajt Min Qed Imut Bil-Ġuħ… Ħu Kull Ġurnata Bħala Rigal” – Josette Busuttil

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, il-viċi sindku Josette Busuttil spjegat kemm għandna napprezzaw affarijiet fil-ħajja għaliex hemm min l-anqas l-iktar affarijiet bażiċi bħall-ikel u l-ilma m’għandu.

Hi kitbet, “Napprezza l-ikel, għax rajt min qed imut bil-ġuħ. Napprezza l-ilma, għax rajt min qed jixxotta bil-għatx. Napprezza l-familja, għax rajt min jgħix fis-solitudni. Napprezza x-xogħol, għax hawn min jixtieq jaħdem u ma jistax. Napprezza kull pass li nagħmel, għax hawn min lanqas wieħed ma jista’ jagħmel. Napprezza l-ħajja, għax hawn min qed jitlifha kuljum.”





“Ħu kull ġurnata bħala rigal. Kull nifs hu barka, kull sfida hi lezzjoni, u kull mument hu ċans biex tagħmel differenza. Tħarisx biss lejn dak li m’għandekx; ħares lejn dak li għandek u użah biex tgħin lil ħaddieħor. Il-vera saħħa hija fil-qalb li tirringrazzja u tħobb,” saħqet Josette Busuttil.

Facebook / Josette Busuttil



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI