L-attriċi lokali u l-moħħ wara l-paġna Mill-Kċina ta’ Pawlina qasmet messaġġ sinċier u importanti dwar kemm hu faċli li nieħdu l-ospitalità ta’ ħaddieħor for granted.
F’messaġġ emozzjonanti, hi fakkret kif għal snin twal kienet tistieden numru kbir ta’ nies fid-dar tagħha, kultant sa 16-il persuna fil-Milied, u tagħmel kollox waħedha: mill-aperò sal-ħelu, mit-te sal-party items, kif ukoll it-tindif kollu qabel u wara.
Stqarret li ma kinitx qed tgħid dan biex tiftaħar, iżda biex tfakkar kemm hu importanti li napprezzaw ix-xogħol kollu li jinvolvi li tilqa’ n-nies, anke meta l-ikel jiġi ordnat minn barra, għax xorta jkun hemm min iservi, isaħħan u jieħu ħsieb kulħadd.
Din is-sena, kif qalet hi stess, kienet mistiedna ħafna, u għalhekk aktar tifhem u tapprezza dan kollu. Temmet billi rringrazzjat lil kull min stedinha u fakkret biex qatt ma nieħdu xejn bħala ovvju.
Facebook / Mill-Kċina Ta’ Pawlina