Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li kontroversji fil-ħajja tagħna jkollna kemm irridu, u f’pajjiżna mhux inqas. Imma huwa fatt ukoll li jsir ħafna ġid ġo dawn il-gżejjer tagħna. Insemmu l-kunsilli; hemm sezzjoni fejn tisħaq li kunsill lokali għandu jagħmel iżjed. Hemm min imbagħad japprezza kull l-iċken ħsieb li jsir minnhom.
Fil-każ ta’ dawn iċ-ċwievet, il-persuna li tilfithom żgur li se tapprezzah il-Kunsill għaliex min sabhom, iddeċieda li joħodhom hemm u mien iżjed. Dan juri li hemm fiduċja f’din l-awtorità lokali u hija xi ħaġa żgħira imma li fil-verità, tfisser għaż-żewġ naħat.
Għal min tilifhom, żgur li ħa gost b’dan il-post fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi u mill-banda l-oħra, il-Kunsill ħass sodisfazzjoni li minn sempliċiment azzjoni żgħira, għen persuna sserraħ moħħha!
Kemm hu sabiħ li naraw kollox minn dan l-angolu ta’ raġunament kieku! X’taħsbu?!
Ritratt: Facebook/ Kunsill Lokali Ħal Qormi