Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kienet fost dawk li awguraw lil Claudia Magrin, hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha. Claudia tiġi omm il-kantanti lokali Christina Magrin (Karei) u Chiara Magrin.
“Nawgura Happy Birthday lill-għażiża ħabiba tiegħi Claudia Magrin… Nawguralek ħafna saħħa u ferħ… Il-Bambin ibierkek,” tikteb Maria. Xerrdet anke ritratt flimkien ma’ Claudia għall-okkażjoni, fejn bosta kkummentaw biex jawgurawlha.
Awguri mill-qalb Claudia!