“Nawguralek Minn Qalbi Neputi Fejn Din Is-Sena Ser Tkun Qed…” – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna, mill-pjattaforma soċjali tiegħu, itella’ dan il-messaġġ fejn jagħti l-awgurju tiegħu lin-neputi Kean fejn ser jibda jilgħab ma’ klabb ġdid.

“Nawguralek min qalbi neputi, fejn din is-sena ser tkun qed tilgħab għal Ħaż-Żabbar. Miegħek dejjem.”





Il-paġna ta’ Żabbar St.Patrick Football Club ittella’ dan il-messaġġ.

“Il-klabb ta’ Żabbar St. Patrick iħabbar b’sodisfazzjon il-kisba ta’ Kean Scicluna fuq self mingħand Ħamrun Spartans F.C.
Kean għandu 18-il sena u diġà għamel id-debutt tiegħu fil-Premier Malti matul l-istaġun li għadda ma’ Ħamrun. Hu difensur b’saħħtu u kalm li jagħti stabbiltà u kwalità lill-linja difensiva ta’ Żabbar.

Scicluna huwa wkoll parti mill-iskwadra nazzjonali U21 ta’ Malta, u jġib miegħu kwalità kif ukoll esperjenza, il-wasla tiegħu tfisser spinta importanti għal dan l-istaġun.
Merħba Kean!”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI