Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, St. Julian’s Malta qasmu mas-segwaċi messaġġ t’awgurju hekk kif ilbieraħ Dun Stedan Attard iċċelebra s-26 anniversarju tal-Oridnazzjoni tiegħu.
Huma qalu, “Nawguraw lil Dun Stefan Attard fl-okkażżjoni tas-26 anniversarju tal-ordinazzjoni tiegħu. Dun Stefan ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1999 minn Mons Arċisqof Ġużeppi Merċieca u ilu jahdem fil-parrocca ta’ San Giljan minn Settembru 2013.”
Żiedu jgħidu, “Dun Stefan twieled fit-28 t’April 1972 u studja fil-Kulleġġ De La Salle. Kompla l-istudji tiegħu fl-Universita’ ta’ Malta u s-Seminarju tal-Arċisqof. Huwa għamel sentejn esperjenza pastorali fil-Parroċċa tal-Ibragg qabel ma ntbgħat jistudja l-Iskrittura fl-Istituto Pontificio Biblico f’Ruma. Huwa ħa d-Dottorat fl-Iskrittura Mqaddsa bi speċjaliżazzjoni fuq il-Ktieb tas-Salmi mill-Istess Universita’ f’Diċembru 2013. Huwa sar lecturer fl-Iskrittura fil- Fakulta’ tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta f’ Ottubru 2013.”
Awguri minn qalbna!
Facebook/Archdiocese of Malta