Il-Parroċċa ta’ San Gorg, f’Ħal Qormi, awgurat lil Kan. Louis Farrugia fl-anniversarju saċerdotali tiegħu permezz ta’ messaġġ mill-qalb fuq il-paġna uffiċjali tagħhom.
Huma kitbulu, “AWGURI. Nawguraw lil Kan. Louis Farrugia mill-parroċċa tagħna, li llum qed jiċċelebra l-anniversarju saċerdotali tiegħu. Filwaqt li nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu, inżommuh fit-talb tagħna.”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti pożittivi, fosthom, “Fr Louis saċerdot b’qalb tad-deheb mal-komunita` u speċjalment mal-marid ġewwa Mater Dei”.
Nirringrazzjawh tax-xogħol li jagħmel tassew mill-qalb, napprezzaw il-ħidma tiegħu u nawgurawlu kemm f’din il-ġurnata speċjali u kemm għal diversi snin ta’ iktar anniversarji. Inżommuh fit-talb tagħna biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu.
Facebook / Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi