Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi u kantanta Maltija Mary Rose Mallia. Calypso Radio ddedikawlha messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom f’dan il-jum speċjali.
Huma kitbulha, “Persuna ħelwa li bla dubju m’għandhiex bżonn introduzzjoni. Fuq il-palk, fuq it-televiżjoni, u permezz tal-kanzunetti popolari Maltin tagħha, Mary Rose Mallia tibqa’ figura tant maħbuba f’Malta u anke ‘l barra minn xtutna.”
Żiedu jgħidu wkoll, “Nawguraw lil Mary Rose Mallia ġurnata mill-isbaħ f’għeluq sninha kif illum tagħlaq 73 sena!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata u nisperaw li jkollha jum mill-isbaħ flimkien mal-għeżież kollha tagħha. Xewqat sbieħ għażiża Mary Rose!
Facebook / Calypso Radio 101.8 u Social Channel