Nawguraw Lill-Preżentatur Maħbub Wayne Aquilina Hekk Kif Qed Jiċċelebra Għeluq Sninu!

Wayne Aquilina

Illum għeluq snin il-preżentatur maħbub ta' ONE, Wayne Aquilina. Wayne ilu involut fix-xandir mill-1999 - 27 sena!

Rajnieh jippreżenta, jipproduċi u jmexxi numru ta' programmi televiżivi - minn programmi taż-żgħażagħ għall-programmi relatati mal-mużika u dawk magażin. Bħalissa huwa wieħed mill-preżentaturi ta' Ċempel u Irbaħ.

Nafuh ukoll bħala s-Sindku tal-Kalkara, kariga li ilu jħaddan għal dawn l-aħħar tmien snin. Il-lokalità tal-Kalkara hija tassew għal qalbu.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Wayne l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu u sena pożittiva għall-aħħar.

Awguri Wayne!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI