Caritas Malta ilha għal għexieren ta’ snin taħdem b’impenn favur persuni u familji li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet soċjali, ekonomiċi jew relatati mad-dipendenzi.
Permezz ta’ servizzi ta’ prevenzjoni, rijabilitazzjoni, appoġġ soċjali u edukazzjoni, Caritas Malta tkompli twettaq il-missjoni tagħha li tħares id-dinjità tal-bniedem u toffri tama.
F’dan l-ispirtu ta’ servizz u solidarjetà, it-tim ta’ Caritas Malta għażel li jagħti ġieħ lil Anġlu Fenech fl-okkażjoni tal-30 anniversarju tiegħu ta’ servizz fi ħdan l-organizzazzjoni.
Fil-messaġġ tagħha, Caritas Malta kitbet, “Illum l-1 ta’ Ġunju, nawguraw minn qalbna lil Anġlu Fenech fl-okkażjoni ta’ 30 sena servizz fi ħdan Caritas Malta. Grazzi tal-imħabba u l-passjoni teigħek lejn dawk fil-bżonn u l-eżempju li ttina ta’ kuljum!”
Minn qalbna aħna ta’ Gwida.mt ningħaqdu fl-awgurju għal Anġlu Fenech u ngħidulu Prosit u Grazzi!
Facebook/ Caritas Malta