“Nemmen Li L-Motorsport Huwa Parti Importanti Mill-Isport Malti U Jistħoqqlu L-Appoġġ U L-Investiment Meħtieġ Biex Ikompli Jiżviluppa” – Graham Bencini

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-Shadow Minister għall-isport Graham Bencini qasam messaġġ dwar il-motorsport u dwar kif kien parti mill-ġurnata tiegħu u ta’ familtu.

Qal, “Peress li l-avveniment tal-Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina ġie pospost minħabba t-tbassir ta’ temp ħażin, illum xorta waħda ġejna l-Ħal Far Raceway flimkien mat-tfal tiegħi biex naraw id-drifting li kien għaddej.Kienet esperjenza sabiħa għat-tfal, li setgħu jaraw mill-qrib il-karozzi u l-ħila tas-sewwieqa.”

Żied, “Bħala Shadow Minister għall-Isport, nemmen li l-motorsport huwa parti importanti mill-isport Malti u jistħoqqlu l-appoġġ u l-investiment meħtieġ biex ikompli jiżviluppa. Għandna nkomplu nappoġġjawh u noħolqu aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ u għal dawk kollha li jħobbu dan l-isport.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI