Fuq il-paġna uffiċjali UK in Malta - British High Commission Valletta nxtered ritratt tal-vapur HMS Dragon, li ntlemaħ għaddej fil-Belt Valletta hekk kif daħal fil-Port il-Kbir.
"Veduta mill-isbaħ fil-Belt Valletta dalgħodu hekk kif l-HMS Dragon daħal il-Port il-Kbir. Merħba mill-qalb lill-kaptan u lill-ekwipaġġ tagħha waqt li kienu fi triqithom lura pajjiżhom wara operazzjonijiet fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Lvant Nofsani. Ftit hemm postijiet aħjar għal żjara fil-port - jew wasla aktar spettakolari."
Int ilmaħtu l-vapur dalgħodu jew taf min inzertah?