Dr Lynn Chircop Faure awgurat lill-koppja tant sabiħa, Ramona u Amanda, għaċ-ċelebrazzjoni l-ġmiel tagħha tat-tieġ tagħhom.
Hi kitbet, “Inħossni xxurtjata li minn ħabiba tal-qalb akkwistajt tnejn. Nhar it-8 ta' Awwissu li għadda kien unur kbir għalija li nkun parti minn celebrazzjoni ta' mħabba bejn żewg persuni li ma setgħux ikunu aktar kompatibbli u għal xulxin daqs kemm huma Ramona u Amanda. Mal-mument li ltqajtu kont ċerta li ser taslu li tiffirmaw kuntratt simbolu tal-lealtà, onesta u rispett li għandkom lejn xulxin.”
Żiedet tgħid, “Kienet ċelebrazzjoni li ħadna ġost nospitaw ġewwa d-dar tagħna lill-familjari u ħbieb tagħkom għeżież. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nikkonferma kemm kienet waħda mill-isbaħ serati ġewwa darna mdawrin b'nies ġenwini u li jgħożżu l-għaqda tal-familja. Ħallejt li jaqbeż l-ewwel xahar biex nikteb sabiex inkun ċerta li tkunu ssettjati u dħaltu sew fir-rutina tal-miżżewġin. Nawgurawlkom dejjem l-isbaħ u l-aqwa memorji flimkien.”
Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat bħala koppja miżżewġa!
Facebook / Dr Lynn Chircop Faure