“Nemmen Li N-Nanniet Ma Jmutu Qatt … Isiru Biss Inviżibbli Fina Filwaqt Li Jorqdu Fil-Profond Tal-Qalb Tagħna” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn rigward in-nanniet, hekk kif f’dan ix-xahar niċċelebraw ukoll jum in-nanniet.

Beda billi qal, “Dan ix-xahar niċċelebraw kemm il-festa ta’ Sant’Anna kif ukoll jum in-nanniet! Qatt smajtuha din minn meta konna żgħar? “Sant’Anna u San Ġwakkin, Il-Madonna u l-Bambin, Xortik kellek O Sant’Anna, l-Bambin sejjaħlek: nanna””

Żied jgħid, “Nemmen li n-nanniet ma jmutu qatt. Isiru biss inviżibbli fina filwaqt li jorqdu fil-profond tal-qalb tagħna. Anke illum, nħossu n-nuqqas tagħhom u nagħtu kollox biex nerġgħu nisimgħu l-istejjer tagħhom (li nafuhom bl-amment!) u nħossu l-bewsa sħuna tagħhom ma’ ħaddejna, mimlija żelu. Nafu li huwa ċ-ċiklu tal-ħajja – filwaqt li n-nanniet għandhom il-privileġġ li jarawna nitwieldu, nitfarfru u nikbru, aħna irridu nkunu xhieda tal-anzjanità u t-tluq tagħhom minn din id-dinja.”

Qal ukoll, “In-nanniet li jieħdu sehem fit-trobbija tan-neputijiet iħallu fihom traċċi ta’ ruħhom, wirt ta’ għerf u valuri li jibqa’ magħhom matul ħajjithom. Bħala apprezzament nieħdu mument biex niftakru fin-nanniet fil-ħsibijiet tagħna fejn nagħtu ġieħ lill-memorja tagħhom. Min hu ixxurtjat li għadhom fiżikament magħna….mur żurhom….tkellem magħhom… iż-żmien qiegħed jagħfas…”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI