Tamara Webb qed tiċċelebra għaxar snin ta’ żwieġ ma’ żewġha Ken u f'dan il-jum għażiż kitbet messaġġ mill-aktar emozzjonanti fuq il-midja soċjali. Fil-messaġġ tagħha, Tamara fakkret il-jum meta żżewġet lill-persuna li tiddeskrivi bħala l-aqwa ħabib tagħha, u stqarret li dak jibqa’ wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajjitha.
“Għaxar snin ilu bħal-lum qomt mimlija eċċitament għax kont naf li kont se niżżewweġ lill-aqwa ħabib tiegħi u lis-soulmate tiegħi,” kitbet Tamara. Hija żiedet li dak iż-żmien kienet għadha kemm għalqet 25 sena u, minkejja li kien hemm min forsi ħaseb li huma kienu għadhom żgħar wisq biex jiżżewġu, illum tibqa’ tħares lejn dak il-jum bħala wieħed li kieku tista’, terġa’ tgħixu darba wara l-oħra.
Tamara żvelat ukoll li kienet għażlet lil Ken sa minn meta kellha biss 16-il sena, u qalet li kieku kellha ċ-ċans terġa’ tagħżel f’ħajja oħra, kienet terġa’ tagħżlu mingħajr ebda dubju. “L-għaxar anniversarju t-tajjeb lill-imħabba ta’ ħajti,” temmet tgħid fil-messaġġ tagħha.
Aħna ningħaqdu ma’ dawk kollha li awgurawlhom u nawguraw lil Tamara u Ken ħafna aktar snin ta’ mħabba, ferħ u mumenti sbieħ flimkien.
Instagram / Tamara Webb