Kien proprju bħal-lum għaxar snin ilu meta l-poplu Brittaniku ħa d-deċiżjoni permezz ta' referendum li ma jibqax iżjed parti mill-Unjoni Ewropea. F'dak ir-referendum, 52% tal-poplu ivvotaw favur it-tlugħ mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li 48% ivvotaw kontra u qalu li xtaqu jibqgħu fl-Unjoni Ewropea minflok.
Sal-lum il-ġurnata, għad hemm dibattitu intensiv dwar jekk din id-deċiżjoni kinitx waħda għaqlija għar-Renju Unit. Intant, statistika li seħħet riċenti wriet li l-maġġoranza tal-poplu llum il-ġurnata jiddispjaċih li lura fl-2016 ħa din id-deċiżjoni. Fil-fatt, l-istatistika turi li maġġoranza ta' 57% iħossu li l-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea ma kinitx deċiżjoni għaqlija.
The Brexit referendum took place 10 years ago today.
— Pop Base (@PopBase) June 22, 2026
51.9% of British voters chose to leave the European Union, which then happened on January 31st, 2020. pic.twitter.com/klROm71m8L
X / Pop Base