Il-kantawtriċi u avukata Maltija Corazon Mizzi qasmet messaġġ prezzjuż fuq il-midja soċjali biex tfakkar il-ħames anniversarju minn meta saret omm. Dan hu l-jum meta twieldu uliedha.
Flimkien ma’ ritratt tat-tabella b’isimha u d-dettalji, meħud fil-jum li twieldu uliedha, Corazon irriflettiet dwar il-vjaġġ tal-maternità u kif dan bidlilha ħajjitha kemm fuq livell personali kif ukoll professjonali.
Hija qalet li l-esperjenza ma kinitx waħda “perfetta” kif spiss tidher fuq il-midja soċjali, iżda waħda mimlija sfidi, iżda ma’ mumenti li għenuha tikber u ssir aktar soda.
“Tgħallimt li l-ħin huwa prezzjuż, u li l-affarijiet li nagħżlu li nqattgħu l-ġranet tagħna nagħmlu, huma aktar importanti minn qatt qabel… Ħames snin nirrealizza li waqt li kont impenjata nrabbi tewmin, dawn iż-żewġt itfal kienu qed isaħħuni wkoll fis-skiet.”
Corazon irringrazzjat ukoll lill-imħabba ta’ ħajjitha Neville Refalo, fejn iddeskrivietu bħala s-sostenn tagħha f’dan il-vjaġġ, u qalet li flimkien irnexxielhom jibnu familja minkejja l-isfidi li ltaqgħu magħhom matul is-snin.
Nawguraw mill-qalb lil Giuseppe u Giovanni!
Facebook/ Corazon Mizzi