Wara kważi erba’ xhur ta’ relazzjoni, Nicola u Dale minn Love Island Malta ħabbru li għażlu li ma jibqgħux f'relazzjoni flimkien. Ħafna kienu jemmnu li din il-koppja għandha futur anke minħabba dak li għaddew minnu fil-villa.
Id-deċiżjoni tagħhom li ma jibqgħux flimkien tiġi hekk kif it-tnejn għażlu li jaqbdu t-toroq individwali tagħhom fil-ħajja, u żgur se jibqgħu jgħożżu l-mumenti li qasmu matul iż-żmien tagħhom flimkien.

Ritratt: Instagram / Dale Mallia
Dale ħabbar l-aħbar ftit minuti ilu permezz ta' story fuq Instagram. Il-koppja ġiet fir-raba' post waqt Love Island Malta.
Nawgurawlhom għall-futur tagħhom!
Aġġornament: Dale u Nicole ddeċidew li jagħmlu din it-tip ta' post bħala esperiment! Fil-fatt il-koppja għadhom flimkien u lbieraħ iddeċidew li r-relazzjoni tagħhom tkun waħda uffiċjali. Fl-istories fuq instagram, Dale jitkellem dwar il-hate speech li ġie ġġenerat fuq il-mezzi soċjali u kif dak li jkun għandu jkun aktar kawt fuq dak li jikkummenta.
Facebook / Love Island Malta