B'determinazzjoni liema bħala, l-fundatur ta' ALS Malta, Bjorn Formosa ser jibqa għaddej bi proġett wara l-ieħor! Il-proġett li qed jaħdem fuqu bħalissa hu d-'Dar kbira u Ġdida' għall-pazjenti li għandhom l-ALS. Bjorn jgħidilna ċara u tonda "Nieqaf naħdem meta mmut".
Ix-xogħlijiet ta' din id-dar qedgħin fl-aħħar fażijiet, bil-konstruzzjoni tibda fl-1 t' Ottubru. Biex dan il-proġett issir, Bjorn qed jorganiżża l-akbar festival tal-karità li qatt sar f'pajjiżna. Is-sena l-oħra attendew mal-7 telef persuna kollha miġburin fi pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, jiżfnu mal-Versatile Brass Band. Tgħid din is-sena ser jmorru aktar?
Din is-sena; Ira Losco, The Travellers, Red Electrick, Daniel Cauchi mill-Big Band Brothers, Ivan Grech tal-Wintermoods, Pamela, Glen Vella, Amber, Christabelle, Brooke, Kevin Paul Calleja, Michela, Leuellen (fost oħrajn) kollha ser jkunu fuq palk wieħed jgħatu pjaċir lin-nies u jissaportjaw il-proġett ta' Bjorn.
Iktibha fid-djarju u xerred il-kelma, nhar l-Erbgħa, 4 ta' Settembru, niltaqgħu Pjazza San Ġorġ ħalli nieħdu pjaċir ma' Bjorn u ngħinuh għad-Dar Ġdida u Kbira li qed jagħmel.
Jekk tixtieq taqta' biljett għall-VIP Area tista żżur http://bit.ly/versatile4als. Il-biljetti huma b'xejn imma donazzjonijiet ser jkunu miġbura fl-entratura.
Bjorn Formosa / Facebook