“Nifraħ Minn Qalbi Lit-Tim Nazzjonali Tan-Nisa Wara Rebħa Storika” – Ił-Prim Ministru Robert Abela

Ilbieraħ filgħaxija f’partita bejn Malta u Ċipru fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim Malti ħareġ rebbieħ. B’hekk issa t-tim Malti reġa’ kiseb il-promozzjoni għal League B tal-UEFA Nations League.

Għal din il-partita kien hemm il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela, li kiteb messaġġ fuq Facebook dwar din ir-rebħa.

“Għandna għalxiex inkunu kburin,” hu kiteb. “Nifraħ minn qalbi lit-tim nazzjonali tan-nisa wara rebħa storika oħra u promozzjoni mistħoqqha fil-UEFA Nations League.”

Facebook / Robert Abela







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI